Il-Kunsill Malti
għar-Rifuġjati huwa network ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu
favur il-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali ta’ persuni li jinsabu
f’migrazzjoni sfurzata.
︎
Missjoni, Għanijiet u Oġġettivi
Il-missjoni tal-Kunsill hi li jinkoraġġixxi leġislazzjoni, politiki u prattiki li huma kemm skont l-obligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta kif ukoll skont l-aħjar prattika fis-settur. Barra minn hekk, il-Kunsill ifittex li jrawwem ambjent li jilqa’ u jinkludi lir-rifuġjati.
Il-Kunsill jifhem li dawn l-għanijiet jintlaħqu aħjar permezz ta’ sforzi kollettivi u kkoordinati tal-Membri tal-Kunsill.
Attivitajiet
Sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu, il-Kunsill jorganizza Policy Papers dwar temi importanti, Stqarrijiet tal-Istampa u interventi pubbliċi oħrajn, u Laqgħat ma' Stakeholders.
Sħubija
Sħubija fil-Kunsill hija miftuħa għal kull organizzazzjoni mhux governattiva, inkluż gruppi informali ta’ persuni, stabbiliti u bbażati f’Malta għal mill-inqas sentejn, bl-għan prinċipali li jippromwovu id-drittijiet tar-rifuġjati, u li jissottoskrivu għall-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Kunsill.
Talbiet minn organizzazzjonijiet biex jissieħbu bħala Membri tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Kunsill f’maltarefugeecouncil@gmail.com biex tali applikazzjoni tiġi evalwata u tintlaħaq deċiżjoni mill-Membri kollha. Il-Kunsill javża lill-organizzazzjoni li applikat bid-deċiżjoni dwar sħubija.
Għall-finijiet tal-Kunsill, il-kelma ‘rifuġjat’ tinkludi persuni li huma migranti sfurzati li bdew proċedura tal-ażil.