20 June 2020

LAUNCH OF MALTA REFUGEE COUNCIL


On World Refugee Day we are called upon to consider the plight of persons forced out of their homes. It invites us to be more understanding of refugee communities living amongst us. Essentially, World Refugee Day encourages us to listen to what refugee voices have to say about their challenges, strengths, hopes and dreams. With this spirit, we are today extremely happy to launch the Malta Refugee Council as a network of Maltese non-governmental organisations working for the promotion of the fundamental human rights of persons in forced migration.

Our mission is to advocate for legislation, policies and practices that are in accordance with Malta’s obligations and also best practices in this sector. We seek to foster an environment that welcomes refugees in a manner that is respectful and inclusive. Our shared experiences will guide us towards identifying those areas where Malta’s practice ought to be improved, as well as those where it may be promoted as exemplary. Furthermore, we are keen to urge increased support to Malta by other EU Member States and the EU Institutions.

In confirmation of our members’ commitment to human dignity and social justice, our Code of Conduct represents the principles and values guiding our work and our relations with refugees. Membership with the Malta Refugee Council is open to any Maltese NGO having as primary focus the promotion of refugee rights.

The Malta Refugee Council firmly believes that honest dialogue with the Government is the most effective way ahead. We trust the Government is also keen to engage with us in this manner in order to shape the future of Malta’s asylum regime.

We are extremely grateful to the Dutch Refugee Council for their support of this initiative.




TNEDIJA TAL-KUNSILL MALTI GĦAR-RIFUĠJATI



Fil-Jum Dinji għar-Rifuġjati lkoll msejħa sabiex nikkunsidraw l-esperjenzi tan-nies imġiegħla jaħarbu minn darhom. Dan il-jum huwa stedina biex nifhmu aktar il-komunitajiet tar-rifuġjati li jgħixu fostna. Essenzjalment, il-Jum Dinji għar-Rifuġjati jħeġġiġna nisimgħu aktar mil-viċin x’għandhom x’jgħidu l-vuċijiet tar-rifuġjati dwar l-isfidi, il-ħiliet, it-tamiet u l-ħolm tagħhom. Huwa b’dan il-ħsieb illi illum, b’ferħ kbir, qed inniedu l-Kunsill Malti għar-Riuġjati: network ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu favur il-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali ta’ persuni li jinsabu f’migrazzjoni sfurzata.

Il-missjoni tagħna hi li ninkoraġġixxu liġijiet, politiki u prattiki li huma skont l-obbligi ta’ Malta kif ukoll skont l-aħjar prattika fis-settur. Barra minn hekk, ser infitxxu li nrawmu ambjent li jilqa’ lir-rifuġjati b’rispett u b’inklussivitá. L-esperjenzi kollettivi tagħna ser jiggwidawna biex nidentifikaw dawk l-oqsma fejn il-prattika f’Malta għandha titjieb, kif ukoll dawk fejn tista’ tissejjaħ eżemplari. Aħna wkoll ħerqana li nħeġġu aktar għotja ta’għajnuna lil Malta mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropa kif ukoll mil-Istituzzjonijiet tal-UE.

Bħala konferma tal-impenn tal-membri tagħna lejn id-dinjitá u l-ġustizzja soċjali, il-Kodiċi ta’ Kondotta tagħna tirrappreżenta l-prinċipji u l-valuri li jiggwidaw l-operat tagħna u r-relazzjonijiet tagħna mar-rifuġjati. Is-sħubija fil-Kunsill Malti għar-Rifuġjati hija miftuħa għal kull organizzazzjoni mhux governattiva li għandha l-għan prinċipali li tippromwovi d-drittijiet tar-rifuġjati.

Il-Kunsill Malti għar-Rifuġjati jemmen bis-sħiħ illi id-djalogu onest mal-Gvern huwa l-aktar mod effettiv kif nimxu ‘l quddiem. Għandna fiduċja illi l-Gvern ukoll huwa ħerqan illi jiltaqa’ magħna b’dan il-mod, sabiex flimkien insawru l-futur tal-ażil f’Malta.

Nixtiequ nirringrazzjaw lil-Kunsill Olandiż għar-Rifuġjati għal-għajnuna tiegħu għal din l-inizjattiva.




Next ︎

NEWS UPDATES      CONTACT


Established with the kind support of the Dutch Refugee Council